top of page
  • Writer's pictureVoice for Choice

23.06.2023: L-Abbozz 28 sar liġi li tista’ toqtol lin-nisa




L-emendi ġodda għall-Abbozz 28 huma vagi, ma jistgħux jaħdmu, u saħansitra perikolużi u se jwasslu biex persuni tqal vulnerabbli jitħallew b'diżabilità permanenti jew mejta.


Id-dibattitu kien avvanz kbir f’Malta u ppermetta lin-nies iqisu l-abort bħala proċedura medika meħtieġa, iżda l-verżjoni riveduta tal-Abbozz 28 hija pass fid-direzzjoni żbaljata. Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ dan il-pajjiż, il-liġi se tordna li jkun hemm kunsens ta’ tliet speċjalisti qabel ma persuna tqila tkun tista’ ttemm tqala meta s-saħħa tagħha tkun f’riskju gravi.


Anke jekk l-Abbozz jippermetti lit-tobba jtemmu tqala li qed tikkawża riskju għall-ħajja mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ speċjalisti oħrajn, il-probabbilta’ hi li t-tobba jfittxu l-awtorizzazzjoni fil-każijiet kollha minħabba l-biża’ ta’ prosekuzzjoni, li jwassal għal ‘chill factor’. Dan ikun pass lura mis-sitwazzjoni preżenti li sempliċiment tinjora l-liġi u jista’ jwassal biex persuni tqal jiffaċċjaw dewmien u ostakli għat-trattament saħansitra itwal milli jagħmlu issa.


Din is-sitwazzjoni ssir saħansitra agħar meta tikkunsidra li l-unika każ meta l-professjonisti jitħallew jaġixxu hija jekk il-persuna tkun se tmut definittivament. Dan ifisser li persuni tqal jista' jkollhom isofru kwalunkwe tip ta' kundizzjoni jew diżabilità permanenti. Il-gvern effettivament qed jgħid li n-nisa għandhom ikunu protetti biss jekk se jmutu. Dan għandu konsegwenzi sinifikanti u jmur kontra l-azzjonijiet tal-gvern biex jipproteġi n-nisa kontra l-vjolenza, anke jikkontradixxihom.


L-Abbozz ta’ Liġi 28 oriġinarjament kien pass fid-direzzjoni t-tajba biex pajjiżna jkun post aktar sigur għal nisa u persuni tqal, li jippermetti lit-tobba joffru l-kura meħtieġa biex jippreservaw saħħithom u ħajjithom. Xorta ma kienx biżżejjed u xorta kien ħa jkollna l-aktar liġi restrittiva fl-UE.


Din l-emenda attwali hija daqqa ta’ ħarta kbira u tradiment ta’ nisa u persuni tqal f’Malta.

Bħala l-koalizzjoni Vuċi għal Għażla, aħna nirtiraw l-appoġġ tagħna għall-Abbozz 28 u nappellaw lill-gvern biex iwaqqfu milli jgħaddi mill-Parlament, jidħol f’aktar konsultazzjonijiet, u jevita li jagħmel żball storiku.


Quddiem dan it-tradiment, m’aħniex se nieqfu nimbuttaw għall-bidla. Fil-fatt, inwiegħdu li nibqgħu niġġieldu b’aktar passjoni u determinazzjoni għall-ħarsien tan-nisa u l-persuni tqal f’Malta sakemm l-abort ikun dekriminalizzat u aċċessibbli.



bottom of page