
Dwarna
Aħna koalizzjoni ta’ organizzazzjonijiet tas-soÄ‹jetà Ä‹ivili (NGOs) u individwi li flimkien jaħdmu għad-drittijiet riproduttivi f’Malta.
​​
Aħna organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw diversi setturi tas-soÄ‹jetà tagħna.
​​
L-abort huwa kriminalizzat f’Malta fiÄ‹-Ä‹irkostanzi kollha. Nafu li r-realtà hi li n-nisa f’Malta ifittxu u jagħmlu l-abort. Dawn in-nisa jkomplu jgħixu fil-biża', fl-istigma u fil-mistħija fis-soÄ‹jetà tagħna.
​
Malta hija pajjiż ħanin li matul is-snin assigura l-inklussività fis-soÄ‹jeta'. Wasal iż-żmien li l-liÄ¡ijiet relatati mal-abort jiÄ¡u aġġornati biex jirriflettu r-realtà tal-ħajja tan-nies. Aħna qegħdin hawn biex niżguraw li l-persuni tqal kollha, irrispettivament mis-sess, l-etniÄ‹ità, it-twemmin jew l-età tagħhom jiÄ¡u appoġġjati, rispettati u protetti jkunu xi jkunu l-għażliet tagħhom.

Organizzazzjonijiet Membri
Inizjattivi favur id-drittijieti riproduttivi
Break the Taboo Malta hija inizjattiva biex ittemm l-istigma dwar l-abort billi taqsam stejjer u esperjenzi reali ta’ abort f'Malta.
​

Il-Family Planning Advisory Service (FPAS) Malta huwa inizjattiva ta’ Doctors for Choice, il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa, u Women for Women. FPAS huwa mmexxi minn voluntiera li jipprovdu informazzjoni dwar l-abort, il-kontraÄ‹ezzjoni, u aktar.
​
.png)
Abort sikur f'Malta: Il-Gwida Kompluta huwa proġett minn attivisti Maltin biex jilliberaw informazzjoni dwar l-abort, u jgħinu lin-nisa f'Malta jaċċessaw abort sigur.
​











