top of page
309960686_462957172542762_717831133522194251_n.jpeg

Rally FOR CHOICE

Wieħed mill-kompiti ewlenin tal-koalizzjoni Voice for Choice huwa li torganizza u tikkoordina r-rally annwali favur id-drittijiet tan-nisa inklużi d-drittijiet tal-abort. L-ewwel Rally for Choice ta’ Malta saret fit-28 ta’ Settembru 2019 f’Hastings Garden Valletta, jum ta’ sinifikat speÄ‹jali minħabba li t-28 ta’ Settembru huwa wkoll il-jum internazzjonali għall-abort sigur.

​

Iktar minn 100 persuna attendew l-ewwel rally, u bagħtu l-messaÄ¡Ä¡ qawwi li anke f’Malta issa hemm appoÄ¡Ä¡ sinifikanti għad-drittijiet riproduttivi tan-nisa. Kien l-ewwel rally tat-tip tiegħu favur l-għażla li qatt sar f'Malta. L-organizzazzjonijiet kollha membri tal-koalizzjoni ħadu sehem fl-avveniment,  permezz ta’ diskorsi jew mezzi oħra. Ir-rally kellha wkoll xhieda minn nisa li sofrew minħabba l-projbizzjoni tal-abort ta’ Malta, kif ukoll numru ta’ wirjiet divertenti.

​

Ir-Rally tal-Għażla huwa avveniment annwali u importanti fil-ġlieda ta' Malta għad-drittijiet riproduttivi. Nisperaw li narawk hemm fir-rally li jmiss!

bottom of page