top of page
DSC08912.JPG

Rally FOR CHOICE

Wara waqfa minħabba l-pandemija, il-Malta Rally for Choice reġgħet lura akbar u aħjar. It-tieni Rally for Choice ta’ Malta saret fil-25 ta’ Settembru 2022. Bdiet b’marċ favur l-għażla fit-toroq ewlenin tal-Belt Valletta – l-ewwel marċ tax-xorta tiegħu f’Malta. Mijiet ta’ nies ingħaqdu mal-mixja, li jirrifletti kif il-moviment favur l-għażla qiegħed dejjem jikber f’Malta. Wara l-marċ, il-folla nġabret f’Hastings Garden għal diskorsi minn attivisti u attivitajiet oħra. Ara l-istampi hawn taħt.

bottom of page