top of page

Informazzjoni dwar kif tikseb abort sigur minn Malta

Minkejja li huwa meqjus bħala kura tas-saħħa essenzjali madwar id-dinja, l-abort għadu illegali f’Malta fiÄ‹-Ä‹irkostanzi kollha minħabba liÄ¡i dwar l-abort li tmur lura għas-seklu tmientax u li għad trid tiÄ¡i revokata. Madankollu, dan ma jwaqqafx lil mijiet ta' nisa f'Malta milli jagħmlu abort kull sena.


In-nisa li għandhom bżonn abort f’Malta jiffaÄ‹Ä‹jaw numru ta’ sfidi. L-istatus illegali tal-abort ifisser li m'hemm l-ebda servizz leÄ¡ittimu tal-abort f'Malta, u bosta professjonisti tal-kura tas-saħħa, bħal tobba u nfermiera, jirrifjutaw li jiddiskutu l-abort mal-pazjenti tagħhom. Kien hemm ukoll xi nisa f'Malta li rrapurtaw esperjenzi negattivi meta semmew il-kelma abort mat-tabib tagħhom f'Malta.

​

Madanakollu, jekk għandek tqala mhux mixtieqa, kun af li m'intix waħdek. Ħafna nisa Maltin kienu fl-istess sitwazzjoni u rnexxielhom jiksbu abort sigur bl-għajnuna ta' organizzazzjonijiet u servizzi msemmija hawn taħt.

​

Biex jagħmlu abort, in-nisa f’Malta jridu jew jivvjaÄ¡Ä¡aw lejn kliniÄ‹i tal-abort barra l-pajjiż, xi drabi bl-għajnuna ta’ Abortion Support Network, jew iwettqu l-abort tagħhom stess billi jordnaw pilloli tal-abort online mingħand Ä‹ertu organizzazzjonijiet. Abort mwettaq min-nisa nfushom billi jużaw pilloli d-dar sar l-aktar metodu komuni tal-abort f’ħafna pajjiżi, inkluż f'Malta.

​

Meta tagħżel bejn abort bil-pilloli id-dar u abort fi klinika barra minn pajjiżek, żomm f'moħħok dan li ġej:

​

  • It-twettiq ta' abort fuqek innifsek f’Malta huwa illegali, għalkemm m’aħniex konxji ta’ xi kas fejn mara ttieħdet il-qorti talli temmet it-tqala tagħha f’dawn l-aħħar snin. Jekk tivvjaÄ¡Ä¡a barra minn pajjiżek u tagħmel abort f'pajjiż fejn huwa legali ma tkun qed tikser l-ebda liÄ¡i, għax m'hemm xejn fil-liÄ¡i Maltija li tikkriminalizza abort li sar barra minn Malta.
     

  • Abort bil-pilloli jista' jsir b'mod sikur id-dar fi kwalunkwe ħin sa 12-il Ä¡imgħa ta' tqala. Abort kirurÄ¡iku normalment jitwettaq minn 8 Ä¡imgħat 'il quddiem, sal-limitu legali tal-abort f'dak il-pajjiż (eż. Il-limitu fir-Renju Unit huwa ta' 24 Ä¡imgħa f'ħafna każijiet, fl-Olanda huwa ta '22-23 Ä¡imgħa).
     

  • Abort bil-pilloli normalment iqum inqas minn Euro 100, filwaqt li l-prezzijiet għal abort kirurÄ¡iku jibdew minn Euro 800 fi spejjes tal-klinika biss.
     

  • Ir-rati ta' kumplikazzjonijiet ta' abort b'pilloli u abort kirurÄ¡iku huma t-tnejn baxxi u simili fil-frekwenza. Jekk tesperjenza kumplikazzjonijiet wara li tuża pilloli għall-abort f'Malta, tista' tfittex l-għajnuna fl-isptar billi tiddikjara li qed tesperjenza korriment.

​

Dawn li ġejjin huma organizzazzjonijiet u servizzi favur l-għażla li jistgħu jipprovdu aktar informazzjoni dwar kif tikseb abort minn Malta, jew jipprovdu servizzi ta' abort lin-nisa f'Malta:

Trid titkellem ma' xi ħadd dwar l-abort?

 

Il-Family Planning Advisory Service (FPAS) huwa servizz b’xejn ipprovdut minn NGOs Maltin favur l-għażla u voluntiera fdati, u jipprovdu informazzjoni imparzjali u affidabbli dwar l-għażliet tat-tqala inkluż l-abort. Ikklikkja hawn għal informazzjoni dwar kif tikkuntattjahom b'xejn. Tista ' Ä‹Ä‹empelhom fuq 20341686  jew tagħmel chat magħhom online fuq www.fpas.mt.

 

FPAS huwa servizz strettament kunfidenzjali u ma jgħaddi d-dettalji tiegħek lil ħadd mingħajr il-permess tiegħek.

Abortion Pill Providers

Trid tmexxi l-abort tiegħek stess id-dar bil-pilloli?

​

Women on Web u Women Help Women huma organizzazzjonijiet b’reputazzjoni tajba li jibagħtu pilloli awtentiÄ‹i tal-abort lin-nisa f’pajjiżi fejn l-abort huwa ristrett, inkluż Malta. Huwa faÄ‹li li tordna pilloli online minn dawn l-organizzazzjonijiet - kemm timla konsultazzjoni online fuq il-websajt tagħhom, tħallas donazzjoni, u l-pilloli għall-abort jintbagħtu fuq l-indirizz tiegħek. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom professjonisti mediÄ‹i li jistgħu jagħtuk parir qabel u waqt abort bil-pilloli.

​

Id-differenzi ewlenin bejn Women on Web u Women Help Women huma:

  • L-ammont tad-donazzjoni huwa ta’ EUR 120 għal Women on Web u EUR 75 għal Women Help Women.

  • Il-pakketti jaslu f'bejn Ä¡imgħa u Ä¡imgħatejn mingħand Women on Web, u minn Women Help Women jaslu fi ftit aktar minn Ä¡imgħatejn.

  • Women on Web biss jipprovdu tracking number għall-pakketti tagħhom.

 

Skond il-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-pilloli tal-abort jistgħu jintużaw b'mod sigur mill-mara stess id-dar sa 12-il Ä¡imgħa tqala.  Pakkett ta’ pilloli tal-abort ikollhom żewÄ¡ tipi ta’ mediÄ‹ina - Mifepristone u Misoprostol. Mifepristone jittieħed l-ewwel, Ä¡eneralment f’doża ta’ 200mg. Din il-mediÄ‹ina tista' tinbela' bl-ilma jew tinżamm taħt l-ilsien għal 30 minuta, u tipprepara l-Ä¡isem għal abort. Misoprostol jittieħed Ä¡urnata wara, Ä¡eneralment f'doża ta' 800mcg. Din il-mediÄ‹ina i tista' titqiegħed taħt l-ilsien għal 30 minuta jew tiddaħħal fil-vaÄ¡ina, u tikkawża li l-utru jneħħi t-tqala. Il-korriment jibda ftit minuti sa ftit sigħat wara Misoprostol.

Abortion Support Network

Trid tivvjaġġa lejn klinika tal-abort barra l-pajjiż, imma teħtieġ għajnuna finanzjarja?

​

Abortion Support Network  (ASN) hija organizzazzjoni volontarja bbażata fir-Renju Unit li tassisti nisa f'Malta li jixtiequ abort fi klinika barra l-pajjiż. Jistgħu jgħinuk issib kliniki xierqa li jistgħu jipprovdu abort fl-istadju tat-tqala tiegħek, u jistgħu jgħinuk tibbukkja titjiriet u akkomodazzjoni. Huma jistgħu saħansitra jħallsu għal parti mill-ispejjeż tal-ivvjaÄ¡Ä¡ar u tal-klinika tal-abort tiegħek jekk ma tistax taffordjahom.

 

Tista' ċċempel lil ASN fuq 27780991 . Jekk ma jwieġbux it-telefonata tiegħek, ħalli messaġġ u jċemplulek lura.

Abortion Clinics Abroad

Trid tikkuntattja klinika tal-abort direttament u tagħmel arranġamenti privati?

​

Tista' ssib lista ta' kliniÄ‹i tal-abort fl-Ewropa li jaÄ‹Ä‹ettaw nisa minn Malta u jaħdmu ma' Abortion Support Network hawn. Tista' ssib ukoll lista aktar kompluta ta' kliniÄ‹i tal-abort Ewropej fuq abortion-clinics.eu.

 

Jekk tista' tħallas privatament għall-abort tiegħek, tista' tikkuntattja klinika direttament u tibbukkja appuntament. Prezzijiet indikattivi jistgħu jinstabu hawn.

 

Meta tikkuntattja klinika tal-abort kun żgur li:

  • Tistaqsi dwar il-ħinijiet ta' stennija

  • Tistaqsi jekk jistgħux jipprovdu abort fl-istadju tat-tqala tiegħek

  • Tistaqsi dwar l-ispiża tat-trattament għall-klijenti barranin (privati)

  • Tistaqsi dwar jekk joffrux counselling, jekk ikollok bżonnu.
     

Jekk għandek bżonn għajnuna finanzjarja, ikkuntattja lil Abortion Support Network fuq 27780991 .

Mistoqsijiet frekwenti (FAQs) dwar l-abort f'Malta

Aqra bil-Malti hawn.

FAQ
bottom of page