top of page
The pro-choice movement
.
_
Prof Isabel Stabile
Jiena nemmen bi sħiħ li n-nuqqas tal-aċċess għall-abort f'Malta jfisser li l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jonqsu liċ-ċittadin. Dan għaliex ma jirrikonoxxux u ma jsegwux l-aqwa evidenza, rikommandazzjonijiet u gwida internazzjonali.
Dr Natalie Psaila
In-nisa huma intitolati għal kontroll assolut fuq ħajjithom, inkluż dwar meta jkunu tqal. Għandhom bżonn aċċess faċli u bla ebda ġudizzju għall-kontraċezzjoni u servizzi tal-abort.
Dr Gilbert Gravino
Malta tibqa' l-eċċezzjoni fl-Unjoni Ewropea u skandlu fis-settur tas-saħħa riproduttiva għal l-abort huwa llegali f'kull ċirkostanza. Dan mhux aċċettabbli f'sistema tas-saħħa li fil-bqija hija waħda reputabbli. Jeħtieġ li dan jinbidel. Se jinbidel.
Dr Lara Dimitrijevic
Nitkellmu fuq ugwaljanza u ġustizzja soċjali, iżda n-nisa f'Malta għadhom jiġi ddiskriminati, iġġudikati fuq l-għażliet riproduttivi tagħhom, u anke kkriminalizzati jekk jagħmlu l-abort f'pajjiżna. Nistgħu nitkellmu fuq drittijiet ugwali biss meta l-mara jkollha kontroll fuq ħajjitha mingħir kundanna u riservi. Kull mara taf x'inhu l-aħjar għal ħajjitha.
Dr Andrea Dibben
Jiena favur l-għażla għax il-projbizzjoni tal-abort hija ineffettiva u krudili. Fil-fatt ma tipprevjenix l-abort milli jsir iżda toħloq sitwazzjoni perikoluża għan-nisa, b'mod partikolari dwar dawk l-iżjed vulnerabbli.
Rimaz Bitrou
Favur l-għażla ma tfissirx favur l-abort. Tfisser sempliċiment li n-nisa għandhom jingħataw id-dritt li jagħżlu huma jekk jagħmlux l-abort jew le. Favur l-għażla tfisser ukoll li dawk li personalment qatt ma jikkunsidraw l-abort xorta jagħtu appoġġ lil kull mara li taħsibha differenti jew tagħmel deċiżjonijiet differenti minn tagħhom. Aħna n-nisa jistħoqqilna li niġu fdati u ningħataw id-dritt li nagħżlu aħna.
Dr Saveria Cremona
Jien irrid naħdem f'pajjiż fejn m'għandix għalfejn nibża' ngħin lill-pazjenti. Pajjiż fejn m'għandix dħalfejn nirrifjuta li nagħtihom kontroll fuq ħajjithom u l-futur tagħhom minħabba liġi antikwata u opinjoni ta' ħaddiehor.
Dr Rebecca Zammit
L-aċċess għall-abort huwa dritt uman għax kull persuna li ma tixtieqx tqala għandu jkollha awtonomija daqs kull persuna oħra. L-irwol tagħna bħala tobba huwa li nipprovdu informazzjoni imparzjali u nuru empatija - Il-persuna li qegħda ġġorr it-tqala biss tista' tiddeċiedi x'inhu l-aħjar għaliha.
Nevena Aleksic
Favur l-għażla jfisser li nirrispettaw id-dritt ta' kull persuna biex tiddeċiedi hi jekk iżżommx it-tqala, mingħajr ma nimponu opinjonijiet personali fuq ħaddieħor.
bottom of page